Wara s-suċċess kbir bl-introduzzjoni tal-kunċert mużikali Jiddu l-Kwiekeb... Lejla ta’ spettaklu u armonija s-sena li għaddiet f’Dar il-Mediterran, il-Kumpanija Teatru Rjal qed tipprepara bis-sħiħ lejla oħra ta’ spettaklu u armonija bl-isem Jiddu l-Kwiekeb 2026 , għal darb’oħra fit-teatru prestiġjuż u storiku ta’ Dar il-Mediterran, il-Belt, nhar is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2026 fis-7.30pm. Id-direzzjoni għażlet li żżomm l-istess isem tas-sena li għaddiet għax il-ħsieb tal-organizzaturi wara l-isem ‘Jiddu l-Kwiekeb’ huwa li din is-serata tkun minn sena għall-oħra dedikata għal dawk il-persuni li minn wara l-kwinti jaħdmu matul is-sena kollha biex jagħmlu l-ħajja ta’ persuni fil-bżonn ftit aktar faċli waqt li joffru l-għajnuna u l-appoġġ tagħhom bla ħlas. Fost il-ħafna għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji li ma jiqfux jagħmlu l-ġid f’pajjiżna matul is-sena kollha, ċertament hemm Puttinu Cares li jaħdmu bla heda ma’ persuni u tfal morda u jassistuhom f’Malta u barra fil-kura li jkollhom bżonn. Għalhekk il-Kumpanija Teatru Rjal se jkun qed tgħaddi parti mid-dħul tal-biljett ta’ din l-edizzjoni ta’ Jiddu l-Kwiekeb 2026 lil din l-organizzazzjoni, immexxija minn persuni li verament huma kewkba li tiddi u titfa’ raġġ ta’ tama f’kull min iħabbat il-bieb tagħha. F’atmosfera mill-isbaħ l-udjenza se tgawdi siltiet mużikali immortali kemm internazzjonali kif ukoll Maltin li jqanqlu l-ferħ, divertiment, nostalġija u spettaklu mhux biss mużikali imma wkoll viżiv, kif inhi rinomata ħafna li tagħmel din il-kumpanija. Fuq il-palk se jkunu preżenti ismijiet magħrufa bħal Neville Refalo, Ludwig Galea, J Anvil, Mark Tonna, Corazon, Talitha, Sarah Bajada, Debbie Scerri , il-kor VOCA taħt id-direzzjoni ta’ Nathalie Camilleri u l-assistenta Lara Bonnici, u l-kor tat-tfal Future Voices immexxi minn Maria Bellia u Iona Dalli. Ismijiet li jiggarantixxu serata mill-isbaħ u ta’ livell bla preċedent fil-produzzjonijiet imtellgħa mill-Kumpanija Teatru Rjal. Ma’ dawn il-preżenza ta’ orkestra ta’
Vibe
Good to know
- Tip
- Sung largely in Maltese; part of proceeds support Puttinu Cares
- Setting
- indoor
- Best for
- a festive gala night
- Language
- en
Where
Mediterranean Conference Centre, Valletta, Malta
Triq l-Isptar Il-Belt Valletta Regjun Port
Open in Google MapsListed on Festa — Malta & Gozo's event guide. Explore more events
